PREMJU ĠIEĦ L-ARTIĠJANAT MALTI 2017

L-inizjattiva magħrufa bħala Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti ilha tiġi organizzata mid- Dipartiment tal-Kummerċ mill-2010. Dan il-Premju jippremja erba’ sotto kategoriji kif jidher hawn taħt:

Kategorija 1: Hija miftuha għal prodotti artiġjanali li jkunu aġġudikati skont il-livell ta’ innovazzjoni u kreattivita’ tagħhom.

Kategorija 2: Inizjativi Artiġjanali

Kategorija 3: Premju għall-Inklussivita’ u l-Integrazzjoni

Kategorija 4: Rikonoxximent għall-Ħidma fl-Artigjanat

Bħala Skola aħna ġejna ppremjati kategorija 3: Premju għall-Inkussivita’ u l-Integrazzjoni wara li ikkompetejna b’suċċess ma’ entitajiet oħra fill-qasam ta’ l-Artiġjanat u L-Integrazzani.

F’din il-kompetizzjoni Entitajiet Publici u Privati kellhom  l-opportunita’ jippreżentaw DSC_4654inizzjattiva’ li toħloq prodott f’ambjent Inklussiv u li jippromovi l-Integrazzjoni ta’ persuni vulnerabli. F’din is-sotto kategorija ppreżentajna inizzjattiva ta’ prodotti Artigjanali relatati ma’ t-tigijiet. Preżentament din l-inizzjattiva’ saret parti ntegrali mill-programm edukattiv ta’ l-istudenti taghna li qiegħda ssaħħah il-ħilliet li tant għandhom bżonn fis-suq tax-xogħol.

Ġejna ppremjati b’dan il-premju mhux biss għax qegħdin nipproduċu prodotti artiġjanali ta’ kwalita’ iżda wkoll għax qegħdin nipproduchom b’mod sostenibli. L-akbar sodisfazzjon li tana’ dan il-premju huwa bla dubju l-fatt li dak li qegħdin jipproduċu l-istudenti tagħna jirrifletti l-ħilliet li għalkemm huma differenti, huma kbar u apprezzati mhux biss mill-qraba u aħna li naħdmu magħhom izda anka fuq skala Nazzjonali bħal ma’ jixgħed dan il-premju. L-aħħar u mhux l-anqas, Premju bħal dan iġiegħel lillna bħala edukaturi napprezzaw aktar il-ħidma tagħna ma l-istudenti biex inkomplu ntejbulhom il-kwalita’ tal-ħajja tagħhom.