Fil-bidu ta’ Jannar intbagħtet stedina lill-ġenituri li uliedhom jattendu l-iskola Primarja fil-Kulleġġ Maria Regina.
Ir-rispons kien verament inkuraġġanti għaliex madwar mitt persuna applikaw sabiex jattendu. Għalhekk inħasset il-ħtiega li norganizzaw tliet korsijiet – tnejn qabel l-Għid u ieħor wara l-btajjel tal-Għid.
L-għan ta’ dan il-kors kien sabiex permezz ta’ qsim ta’ esperjenzi l-ġenituri jiskopru metodi differenti u effettivi ta’ trobbija fiż-żmenijet tallum.
Ftit kummenti li l-ġenituri kitbu fi tmiem tal-kors kienu dawn:
- Kors interessanti ħafna
- Spjegazzjoni u eżempji tajbin ħafna
- Kien kors ta’ għajnuna kbira għall-familja tagħna speċjalment il-lezzjoni fuq il-komunikazzjoni fil-familja
- Il-gruppi ż-żgħar (working groups) għenu ħafna biex jinqasmu l-esperjenzi
- Il-kors kien wieħed mexxej ħafna u informattiv ukoll mibni fuq esperjenzi rejali
- L-informazzjoni u n-noti li ngħataw waqt il-lezzjonijiet kienu ħafna relevanti u żgur li ħa tkun referenza tajba fil-futur
- Wieħed mill-ħafna pariri li se nisħqu fuqu fil-familja tagħna huwa li nuru lit-tifel illi ‘he belongs’, li qegħdin hemm għalih kemm f’sitwazzjoni ta’ suċċess u kif ukoll f’sitwazzjoni li joħolqu aktar sfidi fil-ħajja ta’ kuljum.
Fl-aħħar tal-kors kull parteċipant ingħata ċertifikat ta’ attendenza.
Prosit lil kull min attenda.