Iffirmar ta’ ftehim dwar il-proġett ‘Helping Children Overcome Challenges and Thrive’

Il-President’s Trust nehdiet proġett intitolat ‘Helping Children Overcome Challenges and Thrive’.  Dan il-proġett qiegħed isir b’kollaborazzjoni mal-Blossom Foundation u l-Kulleġġ Maria Regina Skola Primarja San Pawl il-Baħar.  Nhar it-30 ta’ Ġunju ġie ffirmat qbil ġewwa l-iskola ta’ San Pawl il-Baħar, bejn dawn it-tlett partijiet biex jiġi implimentat dan il- proġett.

Din l-inizjattiva se tkun qed tagħti appoġġ prattiku lit-tfal li jattendu fl-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar u lill-familji tagħhom.

Il-President’s Trust twaqqfet sena ilu mill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President sabiex tagħti appoġġ u sostenn lil tfal u żgħażagħ l-aktar vulnerabbli u li jinstabu f’sitwazzjonijiet partikolari.  Il-President’s Trust tħaddan dimensjoni ta’ ‘corporate social responsibility’ u għaldaqstant avviċinat lil numru ta’ negozjanti mill-komunita’ ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jappoġġjaw din l-inizjattiva b’mod finanzjarju.

Il-Blossom Foundation, li ġiet imwaqqfa mis-Sinjura Claudine Cassar se tkun qed timplimenta dan il-proġett.

Permezz ta’ din l-inizjattiva l-iskola ta’ San Pawl il-Baħar ha jkollha ‘counsellor’ fuq bazi ‘full-time’ li ser jaħdem mat-tim li diġa’ jeżisti fil-Kulleġġ Maria Reġina, sabiex jiġi assigurat intervent addattat u fil-ħin.  Permezz ta’ din l-inizjattiva, it-tfal jingħatalhom appoġġ ukoll wara l-ħin tal-iskola permezz ta’ attivitajiet sportivi u edukattivi.