Tifkira ta’ Ringrazzjament

Fil-21 ta’ Lulju 2021, saret ċerimonja qasira imma sinjifikanti fiċ-Ċentru Amministrattiv tal-Kulleġġ Maria Regina. Il-Kap tan- Netwerk tal-Kulleġġ, is-Sur Patrick Decelis spjega dwar l-oriġini tal-Kulleġġi f’Malta u kif dawn evolvew tul dan l aħħar erbatax-il sena. Intervjenew is-Sur Ray Facciol li kien l-ewwel koordinatur ta’ dal-Kulleġġ u s-Sur Mario Testa li kien Prinċipal qabel is-Sur Decelis. Inkixfet plakka sabiex dan jibqa’ mfakkar. Ingħatat ukoll tifkira ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-irtirar tas-Sur Facciol u s-Sur Testa.

https://rb.gy/g2ijnb